Mara Ta’ 61 Sena Sfat Milquta Minn Karozza F’Tal-Pietà
Mara ta’ 61 sena sfat milquta minn karozza fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.
L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ 12:00am.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 61 sena residenti San Ġiljan, intlaqtet minn Peugeot, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Belt Valletta.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.