Mark Anthony Sammut Ikkonfermat Bħala President Tal-Kunsill Ġenerali Tal-PN

 Mark Anthony Sammut Ikkonfermat Bħala President Tal-Kunsill Ġenerali Tal-PN

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista kkonferma bi 80% tal-voti lil Mark Anthony Sammut bħala President Ġdid tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Dawk li vvutaw Iva għall-konferma ta’ Mark Anthony Sammut kienu 928, dawk Le 243, voti invalidi kienu 22. Għalhekk voti validi kien hemm 1,171 vot u invalidi 22 vot. Il-vot iva kien 79.2% tal-voti mitfugħa.

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt Saru wkoll elezzjonijiet li eleġġew membri ġodda fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Dawn huma l-persuni eletti fl-elezzjonijiet:

Nisa eletti: Paula Mifsud Bonnici (845 vot), Julie Zahra (823 vot), Roselyn Borg Knight (802 vot), Francesca Zammit (798 vot), Veronica Perici Calascione (768 vot), Michela Dalli (661 vot).

Irġiel eletti: Joe Gilglio (1042 vot), Michael Piccinino (1013 vot), Alex Perici Calascione (941 vot), Francis Zammit Dimech (879 vot), Mark Azzopardi (748 vot), Michael Fenech Adami (562 vot).

Nominazzjonijiet għal-lista taż-żgħażagħ kienu daħlu erbgħa u għalhekk huma kienu ġew awtomitakament eletti. Dawn huma Alexander Borg, Bernice Theresa Bonello, Charlene Camilleri, u Alexander Jacobsen.

Nominazzjonijiet għal-lista ta’ l-Għawdxin kienu daħlu tnejn u għaldaqstant ġew eletti awtomatikament. Dawn huma Beppe Galea u Maria Victoria Theuma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com