Mart Il-President Ta’ Malta Toħroġ Mill-Isptar

L-Uffiċċju tal-President ħabbar li mart il-President tar-Repubblika, Miriam Vella, tinsab lura d-dar.
Hija ħarġet mill-Isptar Mater Dei llum waranofsinhar wara li t-Tlieta li għadda ddaħlet l-isptar għall-osservazzjoni wara li testijiet urew li kienet qed tbati minn pulmonite.
Il President u s-Sinjura Vella rringrazzjaw lill-konsulenti, tobba u infermiera kif ukoll lill-istaff kollu tal-Isptar Mater Dei tad-dedikazzjoni u s-sapport tagħhom.