Mart Il-President Tar-Repubblika Tiddaħħal L-Isptar
Informazzjoni li għada kemm daħlet tikkonferma li s-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta ddaħħlet l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni wara li żviluppat sintomi ta’ pnemonia.
Is-Sinjura Vella ddaħħlet l-isptar ilbieraħ filgħaxija.
Dan ġie konfermat mill-Uffiċċju tal-E.T President Ta’ Malta Dr. George Vella.
L-Uffiċċju tal-President qal li ser ikompli jżomm lill-pubbliku infurmat bl-aħħar żviluppi.