Matthew Guillaumier Jirbaħ L-Unur Ta’ L-Aħjar Plejer Tas-Sena tal-MFA
Il-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tas-sena tal-MFA li għalih intitolati jivvutaw kien hemm kowċis, captains, uffiċjali tat-timijiet kif ukoll ġurnalisti. Dan sar magħruf illejla waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-MFA.
Hamrun Spartans, rebbieħa tal-Kampjonat Premier għal istaġun 2021 / 2022, kienu l-iżjed tim li rebaħ unuri hekk kif Mark Buttiġieġ rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ filwaqt li Jorge Ailton Soares rebaħ l-unur tal-aqwa plejer barrani.
Alex Satariano, li ftit tal-ġimgħat ilu ingħaqad ma’ Frosinone, rebaħ l-unur tal-ahħar plejer żagħżugħ hekk kif matul l-istaġun li għadda huwa kien jifforma parti mit-tim ta’ Sliema Wanderers.
Unuri oħra li ingħataw waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali kienu dawn:-
BOV National Amateur League Best Player – Nicholas Schembri (Attard)
Futsal Player of the Year -– Eduardo Garcia Riano (Swieqi United)
BOV Premier League Top Scorer – Kevin Ante Rosero Kevin (Santa Lucia)
BOV National Amateur League Top Scorers – (Group A) Jamie Lee Micallef (Mġarr United); (Group B) Timothy Thomas (Msida St Joseph); (Group C) Nicholas Schembri (Attard)
BOV National Amateur League Top Scorer – (Overall) Nicholas Schembri (Attard)
Ritratt: Domenic Aquilina / MFA