Messaġġ Qarrieq Li Jitlob Il-Flus B’Rabta Maċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

 Messaġġ Qarrieq Li Jitlob Il-Flus B’Rabta Maċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

Attenti jekk tirċievi messaġġ b’link biex tikseb il-‘Passaport Covid-19’.

Dalgħodu qed jintbagħtu diversi messaġġi lin-nies fejn b’qerq qed jgħidulek tidħol fuq link biex tniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Meta tidħol fil-link jgħidlek li ċ-ċertifikat jiswa €1.88.

Importanti li t’injoraw dawn it-tip ta’ messaġġi.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin covid-19 huwa bla ħlas u kwalunkwe talba li tista’ tirċievi għall-ħlas hija frodulenti, l-awtoritajiet tas-saħħa wissew.

Din lis-scam online qed tkun immirat lejn persuni li qed jippruvaw jaċċessaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-COVID-19 tagħhom.

ATTENTI !

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com