Mhux Sigur Il-Futur Ta’ Bolt F’Malta

 Mhux Sigur Il-Futur Ta’ Bolt F’Malta

Il-Kumpanija Bolt bi problemi finanzjarji f’Malta hekk kif wieħed mis-shareholders fil-kumpanija li jamministra l-app tal-mowbajl, TXF Tech qed ifittex lill-kumpanija għal dejn ta’ 1.6 miljun. Dan wara ftehim bil-kelma li kienu ħa jitħallsu però l-kumpanija falliet milli tħallas żewġ pagamenti konsekuttivi.

Shareholder ieħor fil-kumpanija Debono Group Holdings li għandhom ukoll 20% tal-ishma f’TXF Tech qalu li Bolt mhijiex f’pożizzjoni li tħallas dan id-dejn minkejja li l-operat tagħha dejjem jikber f’pajjiżna.

Jidher li Debono Group ippruvaw għal diversi drabi jidħlu fi ftehim mal-operaturi ta’ Bolt sabiex dawn jibdew iħallsu fuq perjodu ta’ diversi xhur, però għalkemm ingħataw il-kelma li ħa jsir dan, id-dejn baqa’ ma tħallasx.

TXF Tech hija s-sieħba tal-Bolt f’Malta kif ukoll f’Ċipru u t-Tuneżija u anke shareholder f’BLT Malta u BLT Food Malta.

L-Avukati ta’ Debono Group qed jitolbu sabiex jinħatar amministratur u tiddikjara li l-kumpanija hija falluta.

Apparti min hekk qed jitolbu wkoll ix-xoljiment tal-kumpanija TXF Tech Ltd u TXF Tunisia.

Ritratt: Facebook / Bolt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com