Michael Piccinino Jinħatar Segretarju Ġenerali Ġdid Tal-PN

 Michael Piccinino Jinħatar Segretarju Ġenerali Ġdid Tal-PN

F’laqgħa li saret ilbieraħ filgħaxija fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista l-Eżekuttiv tal-PN approva l-kandidatura ta’ Michael Piccinino fejn huwa kiseb 77 vot favur, 8 ivvotaw kontra u kien hemm astensjoni waħda. Huwa se jkun qed jokkupa din il-kariga minflok Francis Zammit Dimech li għażel li ma jerġax jikkontesta.

Elett ukoll bħala Chairman tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kien Joseph Grech. Hu kiseb 69 vot favur, 14 vvutaw kontra u kien hemm astensjoni waħda.

Graham Bencini kien elett bħala Chairman tal-Kumitat Amministrattiv. Hu kellu 75 vot favur, 8 kontra u astensjoni.

Roselyn Borg Knight kienet kkonfermata mill-ġdid Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista. Hija kisbet 66 vot favur, 15-il vot kontra u tliet astensjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com