Michael Piccinino Ssottometta N-Nomina Għal Segretarju Ġenerali Tal-PN
Dalgħodu Michael Piccinino għadu kemm ħabar uffiċjalment li issottometta in-nomina għal Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
“Qed nagħmel dan għax nemmen li flimkien nistgħu nagħmlu l-bidla li hemm bżonn għall-Partit , u fuq kollox għal pajjiżna.” Tenna Michael f’kumment fuq il-midja soċjali.
Fl-aħħar irringrazzja lil Kap tal-Partit Bernard Grech u lis-Segretarju preżenti Francis Zammit Dimech għall-inkoraġġiment li tawh biex għamel dan il-pass.
Ftit jiem ilu tħabbar ukoll li Joseph Grech u Graham Bencini ssottomew in-nomina tagħhom għal karigi ta’ President tal-Kumitat Eżekuttiv u President tal-Kunsill Amministrattiv rispettivament.