Milħuqa L-Mira Li Sa L-Aħħar Ta’ Lulju Jitlaqqmu 70% Tal-Adulti Fl-UE
Illum il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabret li 70% tal-adulti fl-Unjoni Ewropea rċevew mill-inqas doża waħda tal-vaċċini kontra l-COVID-19.
“L-UE żammet il-kelma tagħha. Il-mira tagħna kienet li nipproteġu 70% tal-adulti fl-Unjoni Ewropea b’mill-inqas b’tilqima waħda sa l-aħħar ta’ Lulju. Illum ksibna din il-mira” qallet Ursula von der Leyen fi stqarrija.
Żiedet tgħid li s’issa 57% tal-adulti fl-istati membri ħadu t-tilqima b’mod komplut u sostniet li dawn iċ-ċifri jpoġġu lill-pajjiżi Ewropej fost tal-ewwel fejn jidħol it-tilqim b’rabta mal-Covid.
L-UE għandha konsenja biżżejjed ta’ tilqim għal kull min irid jitlaqqam.
Ritratt: The Telegraph