Minn Jannar Daqshekk Ċekkijiet Ta’ Inqas Minn €20

B’direttiva ġdida mill-Bank Ċentrali ta’ Malta minn Jannar li ġej mhux ħa tkun tista’ tħallas b’ċekk ta’ valur inqas minn €20.
Għal ammonti żgħar għandhom jintużaw mezzi oħra bħal flus kontanti, kard tal-bank jew ħlas bil-mobile.
Apparti min hekk, prattika li kienet qed tintuża għal waqt il-pandemija li ċekkijiet jistgħu jiġu depożitati minn persuni terzi, din se tintemm minn Jannar li ġej ukoll.
Ċekkijiet li jkunu b’data bil-quddiem ma jistgħux jiġu aċċettati, kif ukoll ċekkijiet ta’ aktar minn €5,000 jistgħu jiġu ddepożitati biss fil-kont tal-persuna indirizzata fiċ-ċekk.
Ara aktar fil-filmat:
Ritratt: BOV