Mistenni Tmiem Il-Ġimgħa Impenjattiv Fl-Ajruport Ta’ Malta
Matul tmiem il-ġimgħa mistenni numru kbir ta’ passiġġieri li ħa jkun qed jaslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan mistenni jkun impenjattiv ħafna hekk kif jidher li f’ċerti ħinijiet mistennija jaslu Malta madwar 1,100 passiġġier f’daqqa.
L-Ajruport qed jappella sabiex il-passiġġiera jikkoopera u jlestu d-dokumenti kollha li hemm bżonn sabiex jippreżentahom mingħajr dewmien hekk kif jintalbu jagħmlu dan.
Importanti li kull min qed jivvjaġġa lejn Malta jrid jimla l-Formola ta’ Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri b’mod diġitali. Din għanda tkun mimlija kollha u bl-informazzjoni korretta.
Din il-formola għanda tkun preżentata flimkien maċ-ċertifikat tat-tilqim Malti, Ewropew jew tar-Renju Unit. Jekk m’għandekx ċertifikat trid tippreżenta PCR test li jkun negattiv min 72 siegħa qabel tasal Malta.