Mozzjoni Parlamentari Imressqa Mill-PN Kontra L-Intolleranza U R-Razziżmu

 Mozzjoni Parlamentari Imressqa Mill-PN Kontra L-Intolleranza U R-Razziżmu

Il-Partit Nazzjonalista resqu mozzjoni parlamentari kontra l-intolleranza u r-razziżmu, dan fid-dawl ta’ dak li għaddej fid-dinja fejn qegħdin naraw iktar atti ta’ intolleranza, xenofobija u razziżmu.

Il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius, l-Whip tal-Grupp Parlamentari Robert Cutajar, kif ukoll l-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carmelo Mifsud Bonnici tennew “li hemm żerriegħa żbaljata li għadha tiġri mas-saqajn, hemm bżonn passi legiżlattivi u edukattivi biex dan kollu jiġi kkontrollat u eradikat.”

Il-PN fakkar kif l-Ħadd li għadda, wara partita tal-Euro 2020 flok rebaħ l-ispirtu sportiv rajna mewġa ta’ razziżmu mill-iktar kundannabbli.

Fl-istqarrija qalu li “proprju għax ninsabu inkwetati u naraw r-razziżmu, l-intolleranza bħala aġir u forza antidemokratika li qed nressqu mill-oppożizzjoni din l-proposta legiżlattiva b’mozzjoni sabiex tiġi diskussa fil-kamra tad-deputati.”

Huma ikkonkludew bili qalu li “pajjiżna huwa stat demokratiku u bħala deputati għandna d-dmir li nassiguraw b’passi legiżlattivi li jiġi protett.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com