Nġabru 464 Kilogramma Ta’ Skart Mill-Baħar

 Nġabru 464 Kilogramma Ta’ Skart Mill-Baħar

L-organizzazzjoni volontarja ‘Żibel’ matul il-ġurnata tas-sibt wettqet ħidma volontarja sabiex tiġbor kemm jista’ jkun skart mill-baħar.

Matul is-seba’ sigħat ta’ din l-inizjattiva nġabru 464 Kilogramma ta’ skart. Ħadu sehem 45 kayak flimkien ma bosta għawwiema u voluntiera li għenu min fuq l-art fil-ġbir ta’ dan l-iskart. Dan kien jinkludu 1438 flixkun tal-plastik, 90 ‘jerrry cans’, 111-il żarbun u kważi 4 kilogrammi tappijiet tal-fliexken.

B’kollox inġabar dan lis-skart:

Plastik 186.82kg

Tagħmir tas-sajd 75.74kg

Ħġieġ 16.46kg

Metall 47.34kg

Tyres 34.60kg

Injam 24.00kg

Skart imħallat 79.50kg

 

Prosit ta’ din l-inizjattiva ferm tajba!

Ritratt: Facebook / Żibel

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com