Nikita U Roderick Jingħaqdu Fis-Sagrament Taż-Żwieġ

Nikita Zammit Alamango u Roderick Spiteri, ilbieraħ ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ wara 5 snin għerusija.
Huma żżewġu fil-Knisja ta’ Santa Ubaldeska f’Raħal Ġdid; pajjiż li fih trabba Roderick u wara l-quddies, għaddew sal-Knisja ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta għaliex Nikita hija devota tagħha.
Il-festa tat-tieġ saret fix-Xara Lodge limiti tar-Rabat u issa jmiss il-qamar il-għasel fl-Alaska. Xi ħlew! Awguri lilkom.