Olimpjadi – Team Malta Jibda Jasal F’Tokjo
Il-kontinġent Malti beda jasal f’Tokjo hekk kif ir-regolamenti tal-Covid-19 jistipulaw li l-atleti għandhom jaslu biss ħamest ijiem qabel il-kompetizzjoni tagħhom u jitilqu mhux aktar tard minn jumejn wara li l-avveniment tagħhom jintemm.
Il-plejer tal-badminton Matthew Abela kien l-ewwel wieħed li wasal u warajh waslet it-tiratrici Eleanor Bezzina. Aktar kmieni dalgħodu waslu fil-villaġġ l-għawwiema Andrew Chetcuti u Sasha Gatt flimkien mal-kowċ tagħhom Artem Goncharenko. L-atleti li fadal huma mistennija jaslu sa tmiem il-ġimgħa.
L-iskeda tentattiva għall-kompetizzjonijiet hija kif ġej: –
Il-Ħadd 25 ta’ Lulju –
Badminton – 12.40 – Singles MatthewAbela vs Shi Yu Q (CHN)
Sparar – 09.00 – 10m Air Pistol (Kwalifikazzjoni) Eleanor Bezzina
Għawm – 20.39 – 400m Heats Sasha Gatt
It-Tnejn 26 ta’ Lulju –
Għawm – 20.32 – 1500m Heats Sasha Gatt
It-Tlieta 27 ta’ Lulju –
Weightlifting – 11.50 – 64kgs Yazmin Zammit Stevens
Għawm – 1900 – 100m heats Andrew Chetcuti
Il-Ħamis 29 ta’ Lulju –
Sparar – 09.00 – 25m Pistola (Kwalifikazzjoni) Eleanor Bezzina
Il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju –
Atletika – 09.00 – 100m Heats Carla Scicluna
Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ hija skedata li ssir nhar il-Ġimgħa 23 ta ’Lulju fit-8pm fl-Istadju Olimpiku. Il-Bandiera Maltija se tinġarr mit-tiratrici Eleanor Bezzina u l-Għawwiem Andrew Chetcuti li t-tnejn ikkompetew fil-Logħob Olimpiku preċedenti.
Ritratt: KOM