Partitarju Ingliż Prova Jfixkel Lil Schmeichel Waqt L-Għoti Tal-Penalty
Fil-midja sportiva qed iduru filmati mill-partit tal-bieraħ bejn l-Ingilterra u d-Danimarka fejn jidher dawl qawwi fuq wiċċ il-gowler Kasper Schmeichel.
Jidher li waqt l-għoti tal-penalty minn Harry Kane xi ħadd mill-partitarji Ingliżi permezz ta’ ‘laser’ beda jitfa’ dawl qawwi f’għajnejn il-gowler tad-Danimarka bil-għan li jfixklu.
Minkejja d-distrazzjoni, Schmeichel eventwalment salva l-penalty, pero’ xorta ma’ kienx biżżejjed minħabba li Harry Kane irnexxilu jiskorja l-ballun wara li Schmeichel ma rnexxielux iżomm il-ballun f’idu.
Ara dan il-mument:
Ritratt: Sport Bible