“Peregin Qal Li Ma Jistax Jiddikjara L-Paga Tiegħu Minħabba Sensittività kummerċjali”
Christian Peregin, dalgħodu kien intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi fuq 103 Malta’s Heart dwar il-ħidma tiegħu fi ħdan il-PN.
Peregin għandu l-irwol ta’ Strateġsita fi ħdan il-PN u meta kien mistoqsi dwar il-paga tiegħu ta’ €65,000 fis-sena, huwa tenna li ma jistax jiddikjara l-paga tiegħu minħabba sensittività kummerċjali.
Qal li se jitħallas skont il-kompetittivita għal-ħiliet tiegħu u li l-ħlas se jkun “ta’ xi eluf”. Dan kien irrapurtat fuq Newsbook fejn intqal ukoll, li l-għan li kellu meta fi ħdan Lovin Malta li tagħha kien sid, fetħet każ kontra l-midja partiġġjana tal-PN u l-PL kien li mhux jingħalqu l-istazzjonijiet tan-NET u l-ONE iżda li titnaqqas il-propaganda politika fuqhom u li jkun hemm iżjed bilanċ.
Qal ukoll li teżisti differenza fuq l-istil tal-propaganda fuq iż-żewġ stazzjonijiet u li n-Net għandu iktar rispett għall-udjenza tiegħu.
Ritratt: Newsbook.com.mt