Peter Agius B’Karigi Mportanti Fi Ħdan Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar li Peter Agius ħa jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Kellem Ewlieni tal-Partit kif ukoll Koodinatur tal-Messaġġ Politiku tal-Partit.
Dan tħabbar fuq il-midja Nazzjonalista kif ukoll fuq messaġġ li kiteb Peter Agius fuq il-mezzi soċjali.
Peter Agius sentejn ilu kien kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
“Is-surveys juru li għadna triq għat-telgħa. Iżda d-distakk preżenti huwa sejħa biex inxammru l-kmiem u nagħtu daqqa t’id” tenna Peter Agius.
Huwa kompla jgħid “Li ma jogħġbokx trid tbiddlu. Jien hekk ser nagħmel. Ser inkun qed ngħin lil Bernard Grech u lill-PN jasal aktar għand in-nies.”