Qabeż Jiġri Fil-Grawnd Waqt Li Kienet Għaddejja L-Partita

Matul it-tieni taqsima tal-partita tal-bieraħ wieħed seta’ jinnota li kellha tieqaf għal ftit minuti.
Dan ġara minħabba li kien hemm xi ħadd li qabeż jiġri fil-grawnd waqt li kienet għaddejja l-partita tal-finali bejn l-Italja u l-Ingilterra.
Il-ġuvni li għamel dan kien Adam Harison li huwa kantant f’boyband popolari Ingliża. Qabel qabeż fil-grawnd fuq il-profil ta’ Instagram tiegħu kien diġà tela’ xi filmati qabel ma daħal fil-grawnd kif ukoll waqt il-partita.
Adam Harison għandu 40,000 follower fuq Instagram u din kienet mossa sabiex jkompli jiġbed aktar popolarità.
Ritratt: The Sun / 247newsaroundtheworld