Qegħdin Inkunu Responsabbli Biżżejjed? Jew Biss Inwaħħlu F’Xulxin?
It-Tabib Joseph Ferriggi wera l-ħsieb tiegħu dwar il-mod irresponsabbli ta’ wħud.
“Minħabba l-IRRESPONSABILITÀ tagħna, Malta reġgħet ġiet ikklassifikata mill-Ewropa fuq il-lista l-Ħamra tal-ivvjaġġar! Biex ingawdu ftit sigħat qed nipperikulaw l-għixien ta’ eluf ta’ familji !!”, tenna t-Tabib Ferriggi.
Din sfortunatament qisha saret kantaliena li qed tweġġa’ ħafna nies; nies irresponsabbli li jiġu jaqgħu u jqumu mill-kumplament tas-soċjetà u jagħmlu li jfettilhom bħal donnu l-Covid-19 lilhom ma jolqothomx.
Intom x’taħsbu dwar dan?