Rabja Fl-Awstralja Hekk Kif Nofs Il-Poplu Jinsab F’ ‘Lockdown’ Ieħor
Iktar minn 13-il miljun Awstraljan; li tiġi nofs il-popolazzjoni jinsabu f’lockdown ieħor wara li l-varjant Delta refa’ rasu sew.
In-naħa t’isfel tal-Awstralja flimkien ma’ Victoria u partijiet minn New South Wales daħlu għal ‘lockdown’ ieħor mill-bieraħ it-Tlieta 20 ta’ Lulju.
L-Awstraljani jidher li issa ddejqu bis-sistema ta’ ‘lockdowns’ kif qed issir bl-akbar ibliet; Syndey u Melbourne jaffaċċjaw inċertezzi kbar dwar meta ser jerġgħu jiftħu.
Ir-regoli qed ikunu nfurzati minn preżenza qawwija ta’ pulizija.
Is-siti tal-kostruzzjoni spiċċaw għalqu wkoll.