Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum

Dalgħodu, għall-ħabta tal-10am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-Università ta’ Malta.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Indjan ta’ 54 sena u residenti Tal-Pietà, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.