Raġel Somalu Jammetti U Jeħel Sentejn Ħabs U Multa
Ilbieraħ, il-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan arrestat Somalu ta’ 30 sena wara li nqabbad fil-pussess ta’ 42 qartas b’sustanza suspettata kannabis.
Illum, Abdiaziz Hassan Ibrahim tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fejn ammetta għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Ibrahim ammetta u qal aktar min darba li d-drogi huma tiegħu u għalih u qal li “jaċċetta d-deċiżjonijiet tal-qorti, tkun xi tkun.”
Wara li ngħata s-sentenza tiegħu, Ibrahim irringrazzja lill-Maġistrat u għamel ġest billi poġġa jdejh flimkien u sellem b’rasu lill-Maġistrat.
Huwa ġie kkundannat sentejn priġunerija flimkien ma’ multa ta’ €500.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Jonathan Cassar.