Raġel Ta’ 22 Sena B’Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Van
Sudaniż, ta’ 22 sena residenti Birżebbuġa, għal xi 3:30pm, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, Mellieħa.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Nissan NV200 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.