Raġel Ta’ 27 Sena Jitlef Ħajtu F’Pixxina F’San Pawl Il-Baħar

 Raġel Ta’ 27 Sena Jitlef Ħajtu F’Pixxina F’San Pawl Il-Baħar

Ilbieraħ, għal xi t-7:45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’pixxina fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum ġo pixxina, ingħata l-ewwel għajnuna minn nies li kienu fuq il-post u baqgħu jassistu sakemm waslu l-paramediċi.

Il-vittma, li aktar tard irriżulta li huwa Ingliż u għandu 27 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com