Raġel ta’ 41 Sena L-Isptar Wara Ħabta F’Ħ’Attard

 Raġel ta’ 41 Sena L-Isptar Wara Ħabta F’Ħ’Attard

Raġel ta’ 41 sena qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li lbieraħ għal xi l-4:30pm kien involut f’ħabta fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Subaru Sambar misjuqa minn raġel ta’ 41 sena, residenti Marsascala u karozza tal-għamla Seat Arona misjuqa minn raġel ta’ 28 sena, residenti ż-Żurrieq.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 41 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com