Referendum Dwar Il-Liġi Kontroversjali Kontra Il-Komunità LGBTIQ Fl-Ungerija

 Referendum Dwar Il-Liġi Kontroversjali Kontra Il-Komunità LGBTIQ Fl-Ungerija

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán iddikjara li l-Gvern tiegħu se jkun qed jagħmel referendum dwar il-liġi kontroversjali kontra l-LGBTIQ.

Orban ħabar dan f’filmat dirett fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq il-mezzi soċjali.

Il-liġi, imsejħa uffiċjalment l-‘Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal’, għandha l-għan li tissalvagwardja l-benesseri tat-tfal u tiġġieled il-pedofelija, skond il-Gvern Ungeriż.

Din il-liġi ġiet ikkritikata b’mod wiesa’ għaliex hija liġi diskriminatorja kontra membri tal-komunità LGBTIQ. L-Unjoni Ewropea nediet azzjoni legali kontra l-Ungerija fejn il-membri parlamentari Ewropej ivvotaw favur din l-azzjoni kif ukoll 17-il Prim Ministru iffirmaw ittra konġunta fir-rigward ta’ dan.

Ritratt: bloomberg.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com