Scooters Jiġru l’Hinn U L’Hawn – Moda Ġdida?

Tajjeb li jkun hawn alternattiva għall-ħafna u ħafna karozzi li għandna fuq din il-gżira. Tajjeb ukoll li ninkoraġixxu l-eżerċizzju u l-avventuri biex bniedem juża mod alternattiv ta’ kif jasal minn post għall-ieħor.
Imma li tħalli l-iscooter fejn ġie ġie, bil-konsegwenza li jimblukkaw bankini u mkejjen oħra, u li jekk tmisshom jarmaw idoqqu l-alarm qisek qed tisraq, huwa l-estrem l-ieħor mhux hekk?
X’taħsbu intom?