Skoperta Ħelwa Ġo Ventilatur

 Skoperta Ħelwa Ġo Ventilatur

Familja li għandha maisonette li nbena fil-ħamsinijiet u li kienet qed tirrestawrah, sabet skoperta mhux tas-soltu tistenniehom ġo ventilatur.

Hekk kif kienu qed inadfu ventilatur, sabu ġugarelli antiki l-ġmiel tagħhom. Fosthom bubuni, karozzi tal-pjanċi, logħob tal-injam u oħrajn.

Ir-ritratti ttellgħu fil-paġna “Id-Dar Maltija” u għamilna kuntatt ma’ Melanie Borg li tagħtna l-permess niktbu dwarha. Xi ħlew!

Melanie Borg qaltilna wkoll li nstabu flus Ingliżi (Mills) u oġġetti bil-kuruna fuqhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com