‘Sliema Hotel’ Hija T-Tieni Lukanda Ta’ Kwarantina F’Malta

Wara sejħa għat-tieni lukanda ta’ kwarantina aktar kmieni dan ix-xahar jidher li l-għażla waqet fuq il-lukanda ta’ 3 stilel ‘Sliema Hotel’, li tinsab max-xatt ta’ tas-Sliema. Din il-lukanda għanda 70 kamra.
Din is-sejħa saret wara li l-‘Marina Hotel’, f’San Ġiljan kienet waslet biex timtela.
Kull min jidħol f’Malta mingħajr ċertifikat tal-vaċċin irid jagħmel 14-il ġurnata kwarantina f’waħda minn dawn iż-żewġ lukandi bi spiża ta’ €1,400 kull kamra li ma jinkludix l-ikel u x-xorb.
Ritratt: Facebook / Sliema Hotel