Sorsi Qed Jgħidu Li Mietet Tifla Ta’ 5 Snin Bil-Covid-19

 Sorsi Qed Jgħidu Li Mietet Tifla Ta’ 5 Snin Bil-Covid-19

Minn sorsi infurmati qed jingħad li ftit tal-ħin ilu tifla ta’ 5 snin mietet kawża tal-Covid-19.

Din l-aħbar għada mhux konfermata mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-bieraħ ġew reġistrati 179 każ ġdid ta’ COVID19 f’pajjiżna, l-ogħla għadd ta’ każi pożittivi f’ġurnata waħda sa minn Marzu ta’ din is-sena. Minkejja dan wieħed irrid jinnota’ li r-rata ta’ imwiet f’pajjiżna baqgħet waħda stabbli u baxxa fl-aħħar xhur.

Intervistat fil-programm Realta’ fuq TVM id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li bejn 85 u 90 fil-mija ta’ dawk li huma infettati mhumiex imlaqqma. Waqt l-intervista huwa qal li r-riskju li min mhux imlaqqam jispiċċa l-isptar jekk jiġi infettat bil-virus huwa ikbar filwaqt li spjega li bħalissa fl-ITU fl-isptar Mater Dei hemm persuna waħda biss li mhix imlaqqma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com