Splużjoni Fil-Port Ta’ Dubai

 Splużjoni Fil-Port Ta’ Dubai

Splużjoni fil-port Jebel Ali ta’ Dubai kawżata minn vapur tal-merkanzija theżżeż kull m’hemm. Il-qawwa ta’ din lis-splużjoni tant kemm kienet qawwija li saħansitra dehret mill-ispazju permezz tas-satellita.

Il-vapur kien ankrat fil-port meta ikkawża nar fuqu tard ilbieraħ filgħaxija li kawża ta’ hekk seħħet lis-splużjoni. Bil-qawwa tagħha ħasdet bosta nies hekk kif il-bini beda jitriegħed u kkawżat bosta ħsarat f’twieqi ta’ ‘skyscrapers’ madwar iċ-ċentru kummerċjali tal-Emirati Għarab Magħquda.

Sagħtejn u nofs wara l-isplużjoni, l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili ta’ Dubai ġabu n-nar u ż-żona taħt kontroll. Jidher li dan l-aċċident ma ħalla l-ebda vittma.

Jebel Ali huwa wieħed mill-akbar portijiet fid-dinja u l-akbar fil-Lvant Nofsani.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com