Stħarriġ Xjentifiku: Il-Partit Laburista – 55.9%, Il-Partit Nazzjonalista 42.4%

 Stħarriġ Xjentifiku: Il-Partit Laburista – 55.9%, Il-Partit Nazzjonalista 42.4%

Vincent Marmara tenna li fl-aħħar stħarriġ xjentifiku li għamel, juri li meta wieħed japplika l-Multiple Imputation Technique, il-Partit Laburista jikseb il-fiduċja ta’ 55.9% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista 42.4%.

Marmara qal li l-PL żied fl-appoġġ fejn meta r-riżultat tal-isħarriġ jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed irid jinnota żieda ta’ 0.9% għall-Partit Laburista, filwaqt li tnaqqis ta’ 1.3% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.4% għall-ADPD jew partiti oħrajn.

Qal li dan l-istħarriġ, li sar bejn il-25 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju, għandu kampjun ta’ 830 persuna b’confidence level ta’ 95% u margin of error ta’ +/-3.4%.

Vincent Marmara tenna li l-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jitqies bħala l-iktar persuna fdata biex tmexxi l-pajjiż.

Intqal li l-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat 18.5% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech biex imexxi l-pajjiż. Waqt li 51% wieġbu li jafdaw l-iktar lil Robert Abela, 32.5% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com