Stradarjali.com Tawgura Lill-Ħamruniżi Li Qed Jiċċelebraw Fi Strada Rjali L-Ħamrun
Lura fid-9 t’April 2021, Ħamrun Spartans ġew iddikjarati Champions tal-Futbol Malti għall-istaġun 2020/2021.
Illejla, f’avveniment spettakolari, ġew ippreżentati l-plejers kollha tat-tim, kif ukoll it-tekniċi u l-membri tal-kumitat flimkien mal-President, Joseph Portelli. Liema avveniment kien imxandar fuq l-istazzjonijiet kollha.
Aħna minn Stradarjali.com nawguraw lil Hamrun Spartans u lill-Ħamruniżi kollha għal dan is-suċċess miksub u li llejla, inzertaw qed jiċċelebraw fi triq li jisimha bħas-sit tagħna; fi Strada Rjali.