Tħabbret Il-Mewt Ta’ Fr. Nicholas Cachia – Qassis Maħbub Minn Kulħadd

 Tħabbret Il-Mewt Ta’ Fr. Nicholas Cachia – Qassis Maħbub Minn Kulħadd

Ilbieraħ filgħaxija bosta kienu dawk maħsuda bil-mewt ta’ Fr. Nicholas Cachia, qassis maħbub minn kulħadd.

Fr. Nicholas miet fil-John F. Kennedy Medical Center fi Florida, Miami fl-eta ta’ 59 sena.

Huwa mis-Siġġiewi u kien ordnat saċerdot 33 sena ilu. Fr. Nicholas għamel diversi snin ta’ servizz pastorali fil-Knisja f’Malta, bejn l-1994 u l-2000 huwa kien direttur spiritwali tas-Seminarju, bejn l-2001 u l-2003 kien jokkupa l-kariga ta’ Chairman Eżekuttiv tal-Media Centre u Radju RTK. Huwa kien ukoll lettur fit-teoloġija spiritwali fl-Università ta’ Malta.

Fr. Nicholas kien ilu jgħix l-Amerka għal dawn l-aħħar 6 snin.

L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna ddeskriva lil Fr. Nicholas bħala persuna ddedikata u qassis ġeneruż.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com