Tifla Ta’ 10 Snin Tgħix Il-Ħolma Tagħha Bħala Espert Forensiku

 Tifla Ta’ 10 Snin Tgħix Il-Ħolma Tagħha Bħala Espert Forensiku

Ilbieraħ, Mikela-Ivy Portelli, tifla ta’ 10 snin minn San Pawl il-Baħar kienet ġurnata speċjali għaliha. Dan għaliex għamlet ġurnata mas-sezzjoni tal-forensika tal-Pulizija ta’ Malta.

Minn ta’ età żgħira Mikela li tattendi l-iskola Primarja Ta’ San Pawl il-Baħar uriet ix-xewqa f’kompetizzjoni Nazzjonali ‘X’Tixtieq issir la tikber’ li tixtieq taħdem bħala esperta forensika. Din kienet kampanja Nazzjonali mat-tfal kollha fil-ġimgħa tas-servizz pubbliku. Mikela-Ivy kienet ir-rebbieħa u l-Pulizija tat-taqsima tal-Forensika għamlu sorpriża lil Mikela billi marru bil-vettura tagħhom u ħadu lil familja tagħha fil-kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jagħmlu ġurnata magħhom u juruhom ix-xogħol tagħhom b’mod aktar dettaljat.

Matul din il-ġurnata Mikela kellha esperjenza fil-laboratorju forensiku, kif ukoll kif isib evidenza bħal marki tas-swaba u taż-żraben, kif tippriserva xena ta’ reat kriminali fost ħafna aktar.

Fl-aħħar tal-ġurnata Mikela-Ivy flimkien mal-ġenituri tagħha kellhom lagħqa mal-Kummissarju tal-Pulizija fejn ħeġġiġha tkompli tistudja u twettaq il-ħolm tagħha biex taħdem f’dan ix-xogħol.

Ritratti: The Malta Police Force

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com