Tiġi Konkluża L-Inkjesta Pubblika Dwar Il-Qtil Ta’ Daphne Caruana Galizia

Dalgħodu ġie konfermat li l-bord ta’ Mħallfin li ħadem fuq l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qal li lesta l-inkarigu mogħti lilu.
Dan ir-rapport bil-konklużjoni tal-inkjesta ser ikun ippreżentat lill-Prim Ministru u lill-Avukat tal-Istat fil-ġranet li ġejjin, wara li jsir xogħol amministrattiv meħtieġ.
Dan ġie konfermat fi stqarrija maħruġa mill-bord magħmul mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, l-Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.
Il-Bord qal li ser jkun qed javża d-data li fiha jkun ippreżenta r-rapport u meta dan ser jiġi ppubblikat.