Tikkunsmawx Dawn Il-Prodotti Minħabba Li Potenzjalment Huma Kkontaminati B’Mikrobu
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Deskrizzjoni tal-prodott: |
Ġobon Cheddar |
Ditta: |
Cahill’s Ireland |
Togħmiet: |
Cahill’s Ireland Original Irish Porter Cahill’s Ireland Original Irish Cream Liquer Cahill’s Ireland Red Wine Cahill’s Ireland Wild berries & Vodka Cahill’s Ireland Original Irish Whiskey |
Tip: |
Kull tip (blokok, roti u biċċiet) |
Lott: |
21109 sa 21141 (it-tnejn inklużi) |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.