Titlesta Triq Il-President Anton Buttiġieġ Fiż-Żejtun

Għadha kif tlestiet Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fuq il-midja soċjali tiegħu.
“Triq twila li għal snin sħaħ kellha bżonn xogħlijiet estensivi u kellu jkun dan il-Gvern flimkien ma’ Infrastructure Malta li jagħmilha”, tenna l-Ministru Borg.