Titwaqqa’ Kompletament Il-Binja F’Miami

Ilbieraħ filgħaxija twaqqet il-kumplament ta’ ‘Champlain Towers’ f’Miami, parti minn blokka appartamenti li fl-24 ta’ Ġunju waqgħet parti minnha.
Dan sar minħabba nstabbilita fil-bini li kienet qed tipperikola lil ħaddiema tas-salvataġġ waqt it-tiftix li qed isir għan-nies mirduma taħt it-tifrik. Hemm ukoll il-biża minn maltempata kbira li qed tersaq lejn iż-żona b’riskju ta’ uragan.
S’issa ġew konfermati 24 persuna mejta li jinkludu tfal, filwaqt li fadal 121 persuna nieqsa.
Ritratti: CNN