Tiżdied Il-Fiduċja F’Robert Abela U F’Bernard Grech – Abela Jżid Għar-Raba’ Xahar Konsekuttiv
Il-ġurnal Malta Today wettaq survey fejn fih irriżulta li Robert Abela kompla jżid il-fiduċja għar-raba’ xahar konsekuttiv bir-riżultat ta’ 51.6% fiduċja fih.
Dan minkejja l-‘grey listing’ mill-FATF.
Bernard Grech ukoll żied fil-fiduċja mill-poplu b’riżultat ta’ 30.4%. Madanakollu, id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja hija ta’ 21 punt li baqgħu statiċi.