Tliet Persuni L-Isptar Wara Inċident tat-Traffiku F’Ta’ Qali

Ilbieraħ, għal xi d-21.15, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Ta’ Qali, limiti ta’ Ħ’Attard.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena kien qiegħed isuq Mazda Demio, tilef il-kontroll u ħabat ma’ ħajt.
Fil-vettura kien hemm ukoll żewġ passiġġieri, ġuvni ta’ 18-il sena u tfajla ta’ 15-il sena.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanzi ħaddu lin-nies kollha l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard, iż-żewġ passiġġieri ġew iċċertifikati li qed issofru minn ġrieħi ħfief, filwaqt li x-xufier ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.