Tlieta Minn 252 Każ Attiv Jinsabu Fl-Isptar Minħabba L-Covid-19
Għalkemm bla dubju, ma niħdux gost naraw in-numri jiżdiedu, tajjeb li jingħad biex il-pubbliku jkun konxju, li tlieta minn 252 każ attiv, jinsabu fl-isptar minħabba l-virus tal-Covid-19.
Bla dubju, nixtiequ fejqan ta’ malajr lil dawk it-tliet persuni wkoll kemm jista’ jkun malajr.
Bosta huma dawk li qed juru r-rabja tagħhom li tħallew jidħlu turisti f’pajjiżna li mhux ivvaċċinati.