Venezja B’Deċiżjonijiet Iebsa Biex Iżomm Postha Fil-Lista Tal-UNESCO

 Venezja B’Deċiżjonijiet Iebsa Biex Iżomm Postha Fil-Lista Tal-UNESCO

Venezja evitat li titneħħa mil-lista tal-UNESCO bħala ‘World Heritage Site’, però trid tkompli taħdem biex ittejjeb is-sitwazzjoni. Din l-aħbar ġiet konfermata lbieraħ.

Din l-aħbar ħarġet wara li din il-ġimgħa stess l-belt ta’ Liverpool tneħħiet mil-lista bħala sit tal-UNESCO.

Id-deċiżjoni tal-Italja aktar kmieni dan ix-xahar biex tipprojbixxi ‘Cruise Liners’ kbar mil-laguna ta’ Venezja hija maħsuba li kienet fattur ewlieni fid-deċiżjoni tal-UNESCO.

Iżda l-belt tibqa’ ta’ tħassib għall-korp tan-Nazzjonijiet Uniti fejn talbet lill-Italja biex tipprovdi aġġornament sa Diċembru li ġej dwar kif Venezja qed tiġi protetta mit-turiżmu eċċesiv.

Il-ministru għall-kultura Tal-Italja Dario Franceschini qal li “issa, l-attenzjoni globali fuq Venezja trid tibqa’ għolja, u huwa d-dmir ta’ kulħadd li jaħdem għall-protezzjoni tal-laguna u jidentifika t-triq għal żvilupp sostenibbli għal din ir-realtà unika,” qal fi stqarrija.

Ritratt: Financial Times

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com