Waqa’ Għoli Ta’ Madwar Żewġ Sulari F’Shaft
Ilbieraħ, għal xi t-tmienja nieqes kwart ta’ filgħaxija, raġel ta’ 61 sena residenti s-Swieqi, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’shaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza fi Sqaq Tomna, San Ġwann.
Tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili taw l-għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel lIsptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.