Warrab L-Onorarja Ta’ Sindku Għal Xahar Biex Jgħin Fir-Restawr Ta’ Wirt Missierijiet Kalkariżi

 Warrab L-Onorarja Ta’ Sindku Għal Xahar Biex Jgħin Fir-Restawr Ta’ Wirt Missierijiet Kalkariżi

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina, għamel ġest sabiħ fejn warrab l-onorarja (paga) tiegħu ta’ Sindku għax-xahar ta’ Lulju u ppreżentaha lill-Parroċċa tal-Kalkara biex jinġabru fondi għar-restawr tal-pedestall tal-vara titulari ta’ San Ġużepp.

Dan wara li fl-ewwel jum tal-festa, il-Kappillan Fr. brian Gialanza wera x-xewqa li kif tintemm il-festa ta’ din is-sena, jibdew jinġabru fondi biex il-pedestall ikun irrestawrat.

Kemm huwa sabiħ li jsiru ġesti bħal dawn, għaliex din ukoll hija għajnuna u karità biex dak li sawwru u ħolqu missierijietna, jibqa’ hemm u jiġi ndukrat biex jitgawda mill-ġenerazzjonijiet t’issa u dawk futuri.

“Inħeġġeġ lill-Kalkariżi u oħrajn ikunu ġenerużi b’risq dan il-proġett”, temm jgħid is-Sindku Wayne Aquilina.

Awguri lill-Kalkariżi kollha f’jum il-festa tagħhom ad unur il-Patrun San Ġużepp.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com