Waterpolo U15 – Titħabbar L-Skwadra Għal Kampjonati Ewropej

 Waterpolo U15 – Titħabbar L-Skwadra Għal Kampjonati Ewropej

Tħabbret l-għażla finali għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo Under 15 tal-Irġiel. L-għażla ssegwi s-suċċess tal-Under-15 fil-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni li saru reċentement f’Malta. It-tim, taħt il-gwida ta’ Anthony Farrugia, għelbu lis-Slovenja 17-4 u ġabu draw kontra Franza 10-10. Huma spiċċaw fil-quċċata fi Grupp Ċ bid-differenza tal-gowls.

F’Loule, il-Portugall, it-tim ser jilgħab fi Grupp B, fejn se jkunu qedin jilgħabu kontra l-Italja, Spanja, u r-Rumanija. Dan il-grupp huwa kkunsidrat wieħed ta’ sfida.

L-ewwel logħba ta’ Malta se tkun fl-4 ta’ Lulju, kontra l-Italja, segwita mir-Rumanija u Spanja. Rebħa waħda tippermetti lil Malta tipproċedi għar-rawnd tal-logħob li jmiss, li se jsir fis-7 ta’ Lulju.

L-għażla tal-plejers finali hija magħmula minn Isaac Azzopardi, Gabriel Bonavia, Myron Brimmer, Dean Bugeja, Jayden Cassar, Julian Chircop, Cain Miguel Cutajar, Zak Cutajar Licari, Jayden Cutajar, Luigi Dimech, Dale Galea Mule, Enrico Mallia, Lee Montebello Brownrigg, Jamie Pace Mizzi, Elijah Schembri.

Il-kontinġent Malti se jkun akkumpanjat mill-Kowċ Nazzjonali Anthony Farrugia, l-Uffiċjali tat-Tim Rita Azzopardi, Nigel McCarthy u l-Fiżjoterapista John Xerri de Caro.

Il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo taħt l-15-il sena tal-Irġiel se jsiru f’Loule, il-Portugall bejn l-4 u l-11 ta’ Lulju.

 

Ritratt: ASA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com