Weħel Tliet Snin Ħabs Talli Għen Persuni Jitilqu Minn Pajjiżna B’Mod Illegali
Omar Adam ta’ 26 sena mis-Somalja, li jgħix f’Ħaż-Żabbar, ġie ikkundannat 3 snin ħabs wara li ammetta li għen persuni biex jidħlu jew jitilqu minn Malta illegalment. Huwa ġie mixli li wettaq dan ir-reat fl -20 ta’ Lulju u anke fix-xhur ta’ qabel, kif ukoll li għamel dikjarazzjoni falza f’dokument pubbliku u li għamel rapport falz mal-Pulizija.
Adam tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia u ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh. Kien ikkundannat tliet snin priġunerija.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts. L-Avukat Charmaine Cherrett dehret għal Omar.