WhatsApp Se Tkun Tista’ Taħdem Anke Mingħajr Il-Mowbajl

 WhatsApp Se Tkun Tista’ Taħdem Anke Mingħajr Il-Mowbajl

Jidher li l-App popolari WhatsApp qed jaħdmu sabiex ikomplu iżidu l-funzjonijiet tagħha.

Fil-preżent din l-app tista’ tintuża biss permezz tal-mobile biss anke jekk tkun qed tuża l-istess app fuq il-kompjuter tiegħek ikun hemm bżonn bilfors li l-mowbajl jkun sinkroniżat mal-kompjuter.

Will Cathcart li huwa l-bniedem responsabbli minn din l-app ikkonferma li bħal issa qed jaħdmu sabiex din il-problemi tiġi solvuta darba għal dejjem. L-idea hija li tkun tista’ tibgħat messaġġi permezz ta’ WhatsApp anke mingħajr il-bżonn tal-mowbajl.

Bħal issa jidher li qegħdin isiru xi testijiet bejn numru żgħir ta’ nies sabiex jaraw kif qed taħdem u jidentifikaw xi problemi li jistgħu jinqalgħu.

Il-vantaġġ li ħafna nies jużaw din l-app hija li l-kontenut tal-messaġġ jiġi ‘encrypted’ b’mod sigur, dan ifisser li l-messaġġ huwa ħafna iktar diffiċli biex jiġi aċċessat minn terzi persuni, b’din is-sistema l-ġdida xorta ħa tibqa’ taħdem b’dan il-mod sigur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com